Avviżi
Bħala parti mill-kalendarju tar-Reġjun tal-Kultura tagħna, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant qed jikkollabora ma’ Dance Beyond Borders fuq proġett bl-isem ‘MaltiEtnik’ waqt Refugee Week Malta.
‘MaltiEtnik’ hija wirja pop-up fit-triq ta’ mużika u żfin li se tlaqqa’ nies tal-post u internazzjonali mill-komunitajiet tagħna. Wara t-tnedija b’suċċess tagħha fir-Refugee Week Malta 2023 b’kollaborazzjoni mal-Malta International Arts Festival, din is-sena MaltiEtnik se jespandi għal sitt lokalitajiet, u joħloq prestazzjoni aċċessibbli għall-abitanti biex jesperjenzaw il-possibbiltà li nies diversi jkunu f’armonija flimkien f’Malta.
Waħda mil-lokalitajiet li qed tinġieb fiha din il-prestazzjoni se tkun l-Imsida.
· L-Imsida: Fuq il-Peer mal-bajja. (Quddiem il-Knisja)
Data: L-Erbgħa 19 ta’ Ġunju (18:00 – 21:00).

